Taħt xemx taqli l-ankri, mijiet ħonqu Strada Rjali, it-triq Ewlenija tal-Ħamrun, biex għal sena oħra bi briju, żfin u kant reġgħu ċċelebraw il-festa ta’ San Gejtanu permezz tal-marċ tradizzjonali u grandjuż tal-Ħamrun, mtella’ miż-żewġ Għaqdiet Mużikali, ta’ San Gejtanu u ta’ San Ġużepp.
Crew ta’ One News żar il-marċ fejn kien hemm nies li għalkemm mhumiex mill-Ħamrun, xorta waħda għażlu din il-ġurnata sabiex isellmu lil San Gejtanu.
Min-naħa l-oħra diversi Ħamruniżi, kollha b’allegrija liema bħalha, qalu li ta’ kull sena jitilgħu għal dan il-marċ sabiex isellmu lill-patrun tagħhom.
Tul in-nofstanhar tal-Ħadd, tidwi mat-toroq tal-Ħamrun kien hemm għajta waħda.