Bejn it-Tliet u l-Erbgħa mijiet ta’ Maltin se jerħulha lejn il-kapitali tal-Italja Ruma sabiex isegwu s-Semi Finali tal-UEFA Champions League bejn Roma u Liverpool fi Stadio Olympico.
One News jinsab informat li l-biljetti tal-ajru tat-tliet linji tal-ajru li se jtiru lejn Ruma nħatfu f’kemm trodd salib.
Iżda wara l-aggressjoni li seħħet it-Tlieta li għadda fl-ewwel leg ta’ din is-Semi Finali meta partitarju tal-Liverpool spiċċa f’qagħda kritika wara li ndarab minn partitarji tar-Roma, il-klabb internazzjonali tal-Liverpool ħaseb għal bosta prekawzjonijiet.
Wara laqgħa li saret f’Ruma dwar is-sigurtà bejn iż-żewġ klabbs, Liverpool ħarġu għadd ta’ regolamenti għall-partitarji kollha li ser jattendu għal-logħba.
Steve Sciberras uffiċjal fil-kumitat ta’ Liverpool Supportes Club wissa lill-partitarji Maltin biex joqogħdu attenti.
Sciberras qal li “L-appell tagħna lil minn sejjer hu biex ma jmurx bil club colours izda jmur pajzan ahna l maltin ghannda vantagg li hafna minnha nitkellmu bit taljna u ma nidrux Inglizi jien fit-2001 kont hemm sfrakass kienn hemm fejn weġġgħu 14-il supporter b’daqqiet ta’ sikkina. L-atmosfera se tkun l istess ħudu ħsieb.”
Qal li qabel il-logħba se jsiru għadd ta’ tfittxijiet u għalhekk ħeġġeġ lill-partitarji biex jaħsbulu kmieni.
Is-Sur Ivan Vella uffiċjal fil-Klabb ta’ Roma f’Malta qal li l-akbar attenzjoni trid tingħata ħdejn il-grawnd u fil-pjazez.
Vella qal li “l-importanti li tevitaw il-ġlied u jekk taf lil xi ħadd minn Ruma oqgħod miegħu ħalli jaħsbuk li int Taljan, ħalli ma jaħbukx xi barrani.”
F’din is-Semi Finali Liverpool jinsabu diġà f’vantaġġ ta’ ħamsa bi tnejn, madankollu fil-logħba tal-ballun kollox possibbli, biż-żewġ rappreżentanti tal-klabbs f’Malta jgħidu li tliet gowls fil-futbol ma saru jiswew kważi xejn.