Mijiet ta’ koalas huma maħsuba mejta fl-Awstralja f’nirien li ħakmu foresti – magħrufa bħala bushfires – fl-istat ta’ New South Wales.
In-nar qered mal-2,000 tomna ta’ foresti fi New South Wales, mal-250 mil bogħod minn Sydney. F’dawn il-foresti kien hemm parti ewlenija fejn jitgħammru l-koalas.
Bosta ddeskrivew dan il-każ bħala traġedja nazzjonali fl-Awstralja, fid-dawl li l-koalas huma speċi rari ħafna, u kulma jmur in-numru qed jonqos, tant li huwa stmat li baqa’ biss madwar 43,000 koala.
Ritratt: Getty Images