Mijiet ta’ jottijiet bdew it-tellieqa mill-Port ta’ Marsamxett bħala parti mir-Rolex Middlesea race. Appuntament annwali għal waħda mill-iktar tlielaq marittimu famużi madwar id-dinja kollha.
Din it-tellieqa telqet minn Malta, iddur ma Sqallija u terġa’ lura għal Malta.
25 pajjiż differenti se jkunu rappreżentati f’din it-tellieqa, filwaqt li diversi jottijiet se jkunu qed jieħdu sehem għal darb’oħra.
Il-kobor tal-jottijiet jibda minn disa metri u jibqa tiela sa tletin metru. Għalkemm kollha se jtellqu kontra xulxin, hemm sitt kategoriji għal jottijiet monohull u kategorija waħda għal multihull.
Is-serjeta f’dan l-isport titlob li jkun hemm ġurija preżenti f’tellieqa ta’ dan il-kalibru. Peter Valentino, iċ-chairman tal-istess ġurija, spjega kif l-irwol huwa li jkunu penalizzati dawk li jagħmlu xi forma ta’ offiża.
Louay Habib, li huwa ġurnalist tal-isports marittimu, qal li huwa kemmxejn diffiċli tbassar ir-rebbieħ pero jemmen li l-jott Rambler 88 huwa favorit fil-kategorija monohull.
Għamel referenza wkoll għaż-żewġ multihulls Maserati u Phaedo 3, li kapaċi jleħqu veloċita kbira, u li aktarx ikunu l-ewwel żewġ jottijiet li jaslu lura Malta.
Dawn ir-ritratti juru x-xena fil-Port aktar kmieni dalgħodu: