Bosta familji attendew għall-ftuħ tal-ECOHIVE Academy bħala parti mill-kampanja ‘Inwettqu Flimkien’. Dan iċ-ċentru hu mmirat kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar biex jitgħallmu iżjed dwar l-ekonomija ċirkolari u l-immaniġġjar tal-iskart biex dan ikun jista’ jinbidel f’riżorsa.
Iċ-ċentru hu maqsum f’żoni fejn kull żona tiffoka fuq impjanti differenti għall-immaniġġjar tal-iskart li se jifformaw parti mill-proġett ECOHIVE.
Għal din l-okkażjoni, dawk li żaru ċ-ċentru matul il-jum tal-Ħadd setgħu jgawdu ukoll min numru t’attivitajiet u divertiment fil-park tal-familja f’Marsaskala, waqt li saru wirjiet tal-klieb mis-Sezzjoni K-9.
L-ECOHIVE Academy se jibqa’ miftuħ għall-pubbliku mit-Tlieta sal-Ħadd bejn id-disgħa ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ waranofsinar.