Mijiet ta’ familji ħonqu l-ġonna tal-Buskett waqt l-attività ‘Wirt in-Natura’, organizzata minn Project Green b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.
Din saret attività sinonima ma’ din l-entità governattiva bil-għan li jiġu promossi diversi spazji miftuħa u b’hekk aktar familji jgawduhom f’ambjenti divertenti u rilassanti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Grazzi għas-sehem ta’ bosta entitajiet oħrajn, ġiet organizzata ġurnata mimlija attivitajiet relatati mal-ambjent, is-sostenibbiltà u t-tibdil fil-klima.
