Is-sindku ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar, spjegat li l-maltemp ikkawża mijiet ta’ ewro fi ħsara fil-logħob tan-nar tal-art ta’ llejla u ta’ għada f’Ħal Qormi.
“Tassew jaqbdek swied ta’ qalb meta tara tant xogħol quddiemek irrovinat. Solidarjeta’ mal-Għaqda tan-Nar 23 t’ April f’dan il-mument ta’ dieqa. Ma stajtx ma nammirax il-kuragg li bih dlonk komplew jaħdmu b’ħeġġa biex mill-mitluf jagħmlu li jistgħu.”