Aktar minn miljun u seba’ mitt elf ruħ attendew protesta favur id-demokrazija f’Hong Kong, fost twissijiet kbar minn Beijing.
Minkejja nuqqas ta’ qbil bejn l-attivisti u l-Pulizija f’dawn l-aħħar ħdax-il ġimgħa, il-protesti f’dan it-tmiem il-ġimgħa kienu kalmi u bla vjolenza.
Il-protesti f’Hong Kong bdew minħabba abbozz ta’ liġi kontroversjali għall-estradizzjoni.
Issa eskalaw għal moviment aktar wiesgħa li qed jitlob riforma demokratika u investigazzjoni dwar allegat vjolenza fiżika u brutali mill-uffiċjali tal-Pulizija fil-pajjiż.