Sa Settembru ta’ din is-sena, l-għadd ta’ dawk li qagħdu f’akkomodazzjoni turistika f’pajjiżna kienu ta’ iżjed minn miljun u tliet mitt elf.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istastika, l-NSO, li wrew kien hemm żieda ta’ kważi 700,000 persuna meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Minn dawn iċ-ċifri tal-NSO ħareġ ukoll li l-għadd ta’ dawk li qagħdu f’akkomodazzjoni turistika fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kien jilħaq kważi l-ammont ta’ dawk tal-ewwel disa’ xhur tal-2019, is-sena ta’ qabel il-pandemija.
In-numru ta’ nies li qagħdu f’akkomodazzjoni turistika fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena li qegħdin fiha kien kważi 200,000 inqas mill-ewwel disa’ xhur tas-sena ta’ qabel il-pandemija.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ li l-aktar akkomodazzjonijiet fejn marru n-nies kienu lukandi ta’ erba’ stilel, li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kienu jammontaw għal kważi 600,000 ruħ.
Wara jsegwu l-lukandi ta’ tliet slilel, li fihom marru aktar minn 320,000 persuna, u wara l-lukandi ta’ ħames stilel, li jilħqu kważi l-kwart ta’ miljun ruħ. Ħareġ ukoll li l-għadd ta’ ljieli mqattgħin kien ta’ 236,000 lejl. Dan ifisser żieda ta’ 3,164,823 lejl.