Mijiet ta’ djar fil-belt ta’ Christchurch fi New Zealand ġew evakwati wara li nirien kbar ħakmu l-periferiji tal-belt u qed jinfirxu b’ritmu mgħaġġel.
Fil-belt ġie ddikjarat stat t’emerġenza, u numru ta’ distretti fil-viċin qed jagħtu l-għajnuna tagħhom billi bgħatu numru ta’ pumpiera li qed jgħinu jikkontrollaw in-nirien.
Numru ta’ djar inqerdu għal kollox kawża tal-istess nirien.
Għadu mhux ċar x’ikkawża dan l-inċident, iżda l-Prim Ministru tal-pajjiż Bill English iddeskrivieh bħala każ suspettuż.
L-investigazzjonijiet għahdom għaddejjin.