Il-Ballu. Avveniment li normalment naqraw dwaru fil-ħrejjef meta nkunu iżgħar, ta’ kull sena jattira mijiet ta’Maltin fl-Ewwel Sibt ta’ Awissu. Ilbieraħ, iktar minn 700 persuna attendew għall-edizzjoni 2016 tal-August Moon Ball fil-Palazz Verdala, ir-Rabat.
Bħal kull sena l-avveniment sar b’riżq il-Malta Community Chest Fund.
Fil-Ftuħ tal-Ballu, Marchesino Daiel de Petri Testaferrata mill-kumitat organizzattiv, qal li dawk li żaru l-ballu ta’ din is-sena għenu biex jinġabru iktar fondi għall-Fondazzjoni tal-Community Chest Fund, ġest li ġiegħlu jħossu onorat li jmexxi l-organizzazzjoni tal-avveniment annwali.
Il-President, Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-preżenza ta’ dawk kollha f’dan il-Palazz Storiku juri l-impenn li l-poplu għandu lejn il-ħidma tal-Fondazzjoni li ta’ kull sena tgħin tant lil dawk li huma fil-bżonn. Qalet li l-Fondazzjoni għandu mira li joħloq kultura ta’ paċi, ħarsien u solidarjetà l-espressjoni ewlenija tal-Poplu Malti. Għaliex b’hekk, il-messaġġ ta’ għaqda ikun ħafna iktar b’saħħtu.