Mijiet ta’ nies inġabru fl-ikbar belt ta’ Myanmar, Yangon, biex jipprotestaw kontra l-kolp ta’ stat li seħħ fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Din hija meqjusa l-akbar protesta s’issa mindu l-militar ħa f’idejh it-tmun tal-pajjiż.
Intant, bħala risposta għal dawn il-protesti, il-militar waqqaf kompletament is-servizz tal-internet fil-pajjiż, wara li fil-jiem li għaddew waqqaf l-użu tal-midja soċjali.