Dak li tagħti fil-ħajja jirrifletti f’mewtek u fir-rispett li juruk. Mijiet jagħtu l-aħħar tislima lil Marie Claire Bikers, familja, il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, kuġini, ħbieb…. Strieħ fis-Sliem
Dan kien kliem kollega ġurnalist, Albert Gauci Cunningham, li tilef lill-kuġina tiegħu f’inċident tat-traffiku.
Dawn il-persuni kollha nġabru fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta u fakkru ħajjet Marie Claire.
Marie Claire kellha 45 sena u kienet toqgħod l-Imġarr. L-inċident seħħ nhar is-Sibt li għadda meta kienet qed issuq il-mutur tagħha fi Triq l-Imdina, ir-Rabat. Minn stħarriġ preliminari tal-Pulizija irriżulta li hija tilfet il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha li kienet qed issuq, b’konsegwenza li waqggħet u ġarrbet ġrieħi li rriżultaw fatali.
Illum mijiet inġabru liebsin l-abjad biex flimkien iċċlebraw ħajjitha u l-karattru ferrieħi tagħha. Stilista tax-xagħar, miżżewġa u parti minn familja ta’ ħamest’aħwa, Marie-Claire kienet maħbuba minn ħafna.