Ilbieraħ filgħaxija, mijiet inġabru fil-Belt Valletta biex jipparteċipaw fl-attivitajiet li jimmarkaw Earth Hour, inizjattiva globali biex titqajjem kuxjenza dwar l-użu tal-enerġija b’mod sostenibbli u t-tibdil fil-klima.
Il-Ministeru għall-Ambjent u l-Enerġija ngħaqad għal darb’oħra ma’ aktar minn 190 pajjiż madwar id-dinja. Dan hu avveniment ambjentali annwali, li laħaq il-qofol tiegħu fi Switch Off globali ta’ sittin minuta fit-8:30pm.
Tul din is-sittin minuta, id-dawl fi Triq ir-Repubblika tbaxxa u ntfew id-dwal ta’ Pjazza Tritoni u ta’ Forti Sant Anġlu.
Earth Hour huwa Fond Dinji għall-Ħajja Selvaġġa (World Wildlife Fund) li jmur lura għall-2007. Miljuni ta’ nies madwar id-dinja jitfu d-dwal u tagħmir elettriku ieħor għal siegħa bħala azzjoni klimatika.