Kienu xejn inqas minn 5,450 persuna li proprju illum ħatfu l-aħħar ċans biex iżuru s-sejf ta’ De Vallette fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija mingħajr ħlas. Dan wara li Heritage Malta estendiet l-esebizzjoni tas-Sejf ta’ De Vallette sal-lum qabel ma’ jmur lura fil-Mużew tal-Louvre fi Franza.
Ħabbar dan il-Ministru Owen Bonnici permezz ta’ Twitter.
Proprju ftit tal-jiem ilu tħabbar kif 39,146 persuna żaret is-sejf ta’ De Vallette sal-4 ta’ Settembru 2017.
Il-pubbliku kellu ċans iżur is-sejf hekk kif fit-18 ta’ Marzu 2017 fetħet l-eżebizzjoni fejn iż-żjarat irriżultaw li kien hemm żieda ta’ 39.16% fiż-żjarat fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2016.