Mijiet joħonqu l-knisja taż-Żejtun biex iselmu lir-Reuben Azzopardi, raġel ta’ 34 sena li tilef ħajtu l-Ħamis. Deskritt bħala raġel eżemplari u tal-familja, kienu l-mijiet li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-missier u sportiv magħruf. Jispikka s-sens ta’ dieqa u emozzjoni tal-familjari u ħbieb preżenti, u l-bikja ta’ uġigħ hekk kif din se tkun l-aħħar tislima għal dan ir-raġel.
Warajh ħalla familja u ħbieb, fosthom bintu ta’ tliet snin. Reuben tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq irdum fl-inħawi magħrufa bħala Ġolf tat-Tafal, ix-Xagħra.
L-inċident seħħ waqt li grupp ta’ ħbieb kienu qed isuqu quad bikes, għal xi raġuni wieħed minnhom, raġel ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun waqa’ għal isfel minn fuq l-irdum u ġie fuq il-blat.