Mijiet inġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Matthew Azzopardi, ż-żagħżugħ ta’ 26 sena li tilef ħajtu fil-bidu ta’ sena ġdida. Dan iż-żagħżugħ kien dilettant tal-karozzi u tal-muturi u għalhekk dawk viċin tiegħu ddeċidew li jagħtu tislima mhux tas-soltu lil Matthew.
Sħab Matthew, li fil-maġġoranza tagħhom ukoll huma dilettanti tal-karozza, taw tislima mill-isbaħ lil dan iż-żagħżugħ hekk kif marru bil-karozzi sportivi tagħhom. Karozzi li kienu għall-qalb Matthew u li żgur kien japprezza xena bħal din.
Fuq il-karozzi tagħhom poġġew ukoll sticker b’wiċċ b’Matthew u fuqha kitbu “Gone too soon, but never forgotten.”