Aktar minn 100 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-għargħar kbir li ħakem lill-istat ta’ Kerala fl-Indja. 85,000 oħra kienu kostretti jħallu djarhom.L-Ajruport Internazzjonali ta’ Cochin – wieħed mill-iżjed ajruporti beżlin fl-Indja, kien kostrett jagħlaq sas-Sibt.
Il-Gvern tal-Istat qal li ħafna minn dawk li tilfu ħajjithom inqabdu fit-tifrik ikkawżat mill-valangi.
Ħaddiema tas-salvataġġ qed jagħmlu ħilithom biex isalvaw aktar nies, filwaqt li l-Gvern federali bagħat aktar għajnuna biex tassisti l-isforzi li qed isiru.