Is-sena li għaddiet kien hemm 3,279 telefonata fuq is-servizz tal-179 li kienu telefonati mhux ġenwini ta’ persuni li ċemplu biex jabbużaw minn dan is-servizz tant importanti minn min ikun għaddej minn mumenti diffiċli.
Il-Ministru għall-Politika Soċjali, Michael Farrugia, qal li matul l-2015, is-servizz ta’ Supportline 179 ircieva 13,541 telefonata, li minnhom kien hemm 10,262 li kienu telefonati ġenwini. Għal mistoqsija tad-deputat, Etienne Grech, Farrugia qal li minn dawn it-telefonati ġenwini kien hemm 902-il telefonata rigward problemi ta’ saħħa mentali u 193- il telefonata relatati ma persuni ili jbatu minn dipressjoni.
Kien hemm ukoll 1233–il telefonata ta’ persuni li jbatu minnsolitudni, li fil-maġġoranza tagħhom huma wkoll persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, li jċemplu fuq Supportline 179 sabiex isibu wens matul l-ġurnata tagħhom.