Mijiet ta’ persuni fil-Polonja u l-Litwanja ngħaqdu flimkien fi protesta biex juru appoġġ lill-Oppożizzjoni fil-Belarus.
Id-dimostranti qed jitolbu għall-ħelsien tal-ġurnalist mill-Belarus flimkien mal-għarusa tiegħu li kienu fuq titjira li ġiet mitluba tinżel Minsk.
L-arrest tal-koppja qanqal għagħa kbira b’mod globali. Fil-fatt bosta linji tal-ajru Ewropej qed jevitaw li jtiru fl-ispazju tal-arja tal-Belarus.