Fi Spanja 738 persuna li kienu laqtu l-coronavirus tilfu ħajjithom f’jum wieħed biex issa t-total ta’ mwiet f’dan il-pajjiż ilaħħaq it-3,434. Dan ifisser li n-numru ta’ mwiet fi Spanja qabeż dak fiċ-Ċina. Filfatt il-Prim Ministru Spanjol mistenni jestendi l-istat ta’ emerġenza tal-pajjiż bi ħmistax oħra.
Fl-Italja n-numru ta’ mwiet naqas ftit fuq il-jum ta’ qabel madankollu xorta għadu wieħed għoli. Fil-fatt f’jum wieħed fl-Italja mietu 683 ruħ.
Franza issa huwa l-ħames pajjiż minn madwar id-dinja fejn in-numru ta’ mewt qabeż l-1,000. Fil-jum tat-Tlieta, 860 persuna tilfet ħajjitha.
Intant wara li l-Prim Ministru Indjan Neranda Modi ħabbar aktar minn biljun persuna issa huma magħluqa f’darhom, u ftit ħwienet tal-ikel biss fetħu. Fl-Indja ġew ikkonfermati 519-il każ u disat imwiet kawża tal-virus Coronavirus.
Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li issa kwart tal-popolazzjoni dinjija qiegħda f’xi forma ta’ lockdown.
Fid-dinja aktar minn 400,000 persuna huma nfettati bil-virus, bi kwart minnhom fiequ.