Kważi 1,400 persuna li kienu qed jieħdu sehem fi protesti b’appoġġ lejn Alexey Navalny ġew arrestati fir-Russja. Navalny – kritiku ewlieni tal-President Russu Valdimir Putin – weħel tliet snin u nofs ħabs wara li kien akkużat li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża li ngħatat fl-2014.
Intant, l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti u r-Renju Unit ilkoll ikkundannaw is-sentenza tal-qorti filwaqt li talbu biex Navalny, li f’Awwissu li għadda ġie vvalenat bin-Novichock, jinħeles minnufih.