Nhar il-Ħadd, 7 ta’ April, Miguel Mifsud se jagħmel ġirja ta’ mitt kilometru madwar il-kosta ta’ Malta b’risq Caritas Malta. Fil-passat Miguel għamel żmien ta’ riabilitazzjoni fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas biex jikseb ħajtu lura minn dipendenza ta’ numru ta’ snin fuq sustanzi.
Ir-rotta kif indikat fil-mappa, se jkollha t-tluq fl-04 ta’ filgħodu minn ħdejn il-kappella ta’ Ħad-Dingli fejn minn hemm jgħaddi mill-Imġarr, Għajn Tuffieħa, Xemxija u mal-kumplament tal-kosta ta’ Malta sakemm jasal fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas madwar 11 jew 12-il siegħa wara għal ħabta ta’ bejn it-tlieta u l-erbgħa ta’ waranofsinhar.
Matul din il-ġirja, Miguel se jkollu wkoll xi waqfiet l-ewwel waħda se tkun għal xis-0615 ta’ filgħodu ħdejn in-National Aquarium ta’ San Pawl il-Baħar, it-tieni waħda għal xit-0800 ta’ filgħodu ħdejn il-Black Pearl ta’ Ta’ Xbiex, it-tielet waqfa wara xi 54KM għal xid-0930 ta’ filgħodu il-Ponta tal-Isla u r-raba’ waqfa wara 80KM għal xis-0115 ta’ waranofsinhar ħdejn il-wasteserv ta’ Ħal Far fejn minn hemm jagħmel l-aħħar 20km għaċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas fejn mistenni li jkun milqugħ minn familjari, staff, residenti u voluntiera ta’ Caritas Malta.
F’dawn il-waqfiet wieħed jista’ jiltaqa’ ma’ Miguel, jagħżel li jagħmel parti mill-ġirja miegħu u anke jagħti donazzjoni.
Wieħed jista’ jagħmel dan permezz ta’ revolut fuq 77070801 u BOV fuq in-numru 77414123 jew inkella f’kont li nfetaħ apposta ta’ BOV bl-isem Giving Back Run fuq IBAN: MT60VALL22013000000050020756300.