Tliet ġuvintur Ingliżi qed jgħidu li spiċċaw is-Sirja bi żball, wara li telgħu fuq dgħajsa b’oħra minn Ċipru.
Lewis Ellis ta’ 25 sena, Alex McCormick ta’ 19 u James Wallman ta’ 23 sena kienu waqt btala f’Ayia Napa, meta xorbu ftit iżżejjed wara lejl barra u telgħu fuq vapur li mingħalihom kien se jeħodhom jaraw id-dniefel.
Minflok sabu ruħhom ‘l barra ħafna, qabel indunaw li ma kienu se jaraw ebda dniefel. Meta ġew f’sikkithom, bix-xorts tal-baħar u hangover, irrealiżżaw li kienu fuq dgħajsa ma’ ħafna barranin u d-destinazzjoni kienet is-Sirja.
Irrealiżżaw fejn waslu biss meta wieħed minnhom għamel post fuq Facebook u tela’ indikazzjoni ta’ fejn qiegħed.
Eventwalment sabu xi ħadd li jifhem bl-Ingliż u bilkemm ried jemmen l-istorja tagħhom. Ħaduhom f’bażi Russa u wara 24 siegħa reġgħu sabu ruħhom fuq dgħajsa lejn Ċipru.
Storja inkredibbli li donnha ġejja minn xi film stil The Hangover.