Wasal fi tmiemu t-tieni jum tal-Maratona Oħloq Tbissima fejn s’issa nġabret is-somma €95,350. Din hija Maratona Missjunarja li tfittex li tiġbor fondi b’risq il-Missjonijiet fdati f’idejn is-Soċjetà Missjunarji ta’ San Pawl, ħalli jitkomplew id-diversi proġetti li qed isiru sabiex itejbu l-kwalita’ ta’ ħajja ta’ dawn in-nies, u anke sabiex ikunu jistgħu jinbdew proġetti oħrajn dejjem biex id-diversi familji jgħixu b’aktar dinjità.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jipparteċipa f’din il-maratona, billi jagħti d-donazzjoni tiegħu, kif ukoll billi jżur l-attivita’ u jsegwi minn fuq l-istazzjonijiet lokali. Oħloq Tbissima qed tiġi mxandra fuq TVM2 b’kollegamenti ma’ TVM, ONE TV u NET TV.
Il-Maratona qed tiġi streamed live fuq il-website ta’ CAM Productions international: www.camcpi.org
Min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:
€10 51602004
€15 51702007
€25 51802009
SMS €4.66 50618099
Pledge Line: 21 445544
Jew donazzjoni online fuq: www.ohloqtbissima.com