Dalgħodu infetħet l-ewwel skema ta’ għajnuna lill-kumpaniji Maltin b’rabta mas-cyber security, il-BSecure scheme. Dan tħabbar waqt l-ewwel Cyber Security Summit li qed isir f’pajjiżna biex entitajiet li joperaw f’pajjiżna jkunu mgħarrfa b’dak kollu li għandu x’jaqsam mas-cyber security u kif għandhom jipproteġu il-kumpanija tagħhom milli tiġi attakkata, li jista’ jħalli impatt tassew ikrah fuq l-entità.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri, spjega kif kumpaniji jistgħu jkunu affetwati ħażin, tant li cyber attack jista’ jwassal għall-falliment ta’ kumpanija f’temp ta’ sitt xhur. Is-Segretarju Parlamentari qal li għalhekk il-Gvern poġġa fuq nett tal-aġenda tiegħu biex jipproteġi s-settur privat milli jintlaqat minn dawn l-attakki.
Kull entità tista’ tapplika għall-iskema ta’ għajununa li toffri assistenza lill-kumpaniji biex jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sistemi teknoloġiċi li possibilment jistgħu jwasslu għall-attakki. L-iskema li hija bbażata fuq first come, first serve se tibqa’ miftuħa sal-24 ta’ Novembru li gej.