Quddiem il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika nfetaħ ilment fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri fejn ma jmurx għax-xogħol, skont ilment li fetaħ Neville Gafà.
Justin Schembri hu għalliem, b’Neville Gafà qed jitlob lill-Kummissarju għall-Istandards biex jinvestiga kif allegatament id-Deputat Nazzjonalista ma jattendiex għax-xogħol, filwaqt li qed jitħallas b’mod regolari. Fl-ilment qed jingħad li, bl-aġir tiegħu, Schembri qed jikser il-kodiċi tal-etika għad-deputati Parlamentari.
Fl-aħħar xhur, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien qamlu inkwiet fil-Grupp Parlamentari tiegħu, partikolarment minn Deputati li jaħdmu mal-Gvern u hemm dubji serji kemm ikunu fuq il-post tax-xogħol il-ħin kollu.
Fost dawn issemmew Justin Schembri nnifsu iżda mhux biss.
Hemm ukoll Robert Cutajar u David Agius allegatament.
Dak iż-żmien in-nies ta’ David Agius qalu li Bernard Grech kien qed jiġi mbuttat minn David Casa biex jagħmel mozzjoni fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar.
Mozzjoni dwar ingaġġ tagħha fl-ITS u li dwarha din il-mozzjoni, Bernard Grech qatt ma ressaqha mbagħad għax kien qamlu inkwiet kbir.
Casa kien imbotta lil Bernard Grech biex jagħmel din il-mozzjoni fi żmien meta kien jara lil David Agius theddida hekk kif dan kien qed itellaq miegħu għal siġġu fil-Parlament Ewropew.