“B’mod kategoriku niċħad l-akkuzi ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus li saru dwari fuq blog ta’ ġurnalista popolari” – hekk qal Alfred Mifsud, Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali, permezz ta’ stqarrija.
“Wara li spjegajt lil blog konċernat li s-sorsi tagħhom ma kienux affidabbli u kienu motivati minn mibgħeda u kilba għall-vendetta minn relazzjoni personali li falliet, wara li m’aċċettajtx talbiet mhux raġonevoli għall-kumpens, ma kellix għazla ħlief li niftaħ libell fil-qorti nhar it-Tlieta 14 ta’ Ġunju, 2016.”
Fl-istqarrija tiegħu Mifsud qal li wara 47 sena interrotti jaħdem fis-settur finanzjarju bla ma qatt ħadd akkuzah b’xi abbuż, mhux loġiku li hu jipprova l-innoċenza tiegħu flok li minn jakkużah iressaq il-provi.