Il-membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici ddikjarat li se tkun qed tivvota kontra l-mozzjoni li mistennija titressaq quddiem il-Kumitat Eżekuttiv biex l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jissospendi lilu nnifsu mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
Fuq Facebook hija qalet li qed tistenna li l-mozzjoni li trssqet ilbieraħ quddiem il-Kunsill Amminiatrattiv ser tkun qed titressaq ukoll quddiem il-Kumitat Ezekuttiiv.
Hija qalet li qed tiddikjara minn issa li bhala membru tal-Ezekuttiiv ser tkun qed tivvota KONTRA jekk din titressaq.
Fost diversi raġunijiet hija qalet li se tivvota KONTRA għax inkella ħafna u ħafna nies oħra fosthom jien ikollhom jissospendu ruħhom mill-Partit Nazzjonalista.