Miexi tajjeb ix-xogħol meħtieġ fuq il-pont tal-Mistra sabiex jiġi eliminat il-periklu u tissaħħaħ l-istruttura. Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg f’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook fejn qal li sfortunatament, hemm strutturi oħra fit-toroq li jeħtieġu manutenzjoni immedjata.
Kien proprju ftit jiem ilu li ġiet identifikata sitwazzjoni perikoluża fejn kellhom isiru xogħolijiet ta’ emerġenza fuq il-pont tal-Mistra hekk kif sar magħruf li partijiet mill-istruttura ta’ dan il-pont qedgħin f’riskju li jċedu. Dan wara li tħalla mitluq għal għexieren ta’ snin.
Borg spjega kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-Gvern li jiffoka l-ħidma tiegħu fis-snin li ġejjin fuq it-titjib u l-bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq, b’investiment ta’ €700 miljun.