Ix-xogħol fuq il-units ġodda li ħabbar il-Gvern din is-sena miexi b’ritmu mgħaġġel u fiż-żmien stipulat.
L-investiment se jlaħħaq is-€60 miljun, biex jinbnew 1,700 units ġodda, minbarra l-proġett l-ieħor ta’ aktar minn 700 unit ġdid.
Il-proġett ta’ rranġar ta’ proprjetajiet tal-Gvern li huma fi stat dilapitat, ukoll miexi ġmielu, u l-proprjetajiet qed jitranġaw biex jintużaw bħala djar soċjali.
Is-sena d-dieħla wkoll, se jitkomplew il-proġetti soċjali tal-Awtorità tad-Djar fejn se jsiru x-xogħlijiet neċessarji fuq appartamenti b’żewġ jew tlett ikmamar skont il-bżonnijiet tal-anzjani biex tnejn jew tliet anzjani jgħixu fl-istess fond flimkien.