Miexi ġmielu x-xogħol f’żewġ toroq f’Għawdex b’investiment ta’ €440,000.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija, triq li qed titranġa b’finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex b’valur ta’ €256,000.
Il-Ministru Camilleri spjega kif qabel jingħata l-asfalt f’din it-triq qed isir water main culvert ġdid, storm water culvert li ser ikun qed jgħaqqad il-culvert eżistenti fi Triq Santa Katerina mal-culvert ta’ Triq l-Imġarr u se jsiru mill-ġdid il-bankini.
Il-Ministru Camilleri żar ukoll Kerċem fejn kien qiegħed jingħata t-tarmak fuq parti minn Triq Qasam San Pawl u Triq ta’ Doti.
Huwa spjega kif dawn ix-xogħlijiet laħqu l-€182,896 sabiex isiru l-bankini, gutters, jinbidlu s-servizzi tad-drenaġġ u tal-ilma u jsir extension tad-drenaġġ biex ir-residenti jkunu moqdijin kollha.
Il-Ministru Camilleri spjega kemm dawn il-proġetti ikomplu jixhdu kemm dan il-Gvern kontinwament qiegħed jinvesti anki fl-infrastruttura tal-irħula tagħna għall-ġid tar-residenti u ta’ dawk kollha li jżuru Għawdex.