Il-lokalità ta’ Marsaskala qiegħda tikber b’rata mgħaġġla u l-popolazzjoni tagħha dejjem qed tiżdied.
Iż-żieda fit-twelid ta’ tfal kienet qed twassal biex l-iskola primarja unika fil-lokalità ma kinitx biżejjed biex tlaħħaq mad-domanda.
Għaldaqstant, inħasset il-ħtieġa ta’ skola oħra u one.com.mt tkellem mas-sindku ta’ Marsaskala, Mario Calleja wara li fuq is-sit soċjali ta’ Facebook kiteb li: “Ix-xogħol tal-iskavar fejn ser issir l-iskola primarja ġdida miexi ġmielu. Kellna bżonnha daqs il-ħobż. Studenti tagħna kienu qishom sardines fl-unika skola li għandna. Prosit.”