Infrastructure Malta għaddejja b’rittmu tajjeb fuq ix-xogħol sabiex titjieb l-infrastruttura lejn it-Teminal taċ-Ċirkewwa.
L-aġenzija qalet li bħalissa għaddej xogħol fuq it-twessigħ u bini mill-ġdid ta’ bankini ġodda, waqt li qed jingħata l-ewwel saff t’asfalt f’proġett li huwa mifrux fuq żewġ kilometri u nofs.
L-istrutturi tal-ħadid li jifirdu l-karreġġjati ser jinbidlu u minflokhom ser isiru strutturi tal-konkrit li huma ċertifikati li joffru l-aqwa sigurtà possibbli.
Il-proġett ser jara żieda ta’ korsija kontinwa għall-karozzi li sejrin lejn iċ-Ċirkewwa b’dan mistenni jorganizza aħjar it-traffiku madwar it-terminal.