Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ħabbar li daħal, fi stadju ieħor, il-proġett tal-Mużew li qed jinbena għal din l-attrazzjoni prinċipali fil-kapitali tagħna. Dan l-ispazju se jkun qed jospita l-artifatti u l-arazzi kollha f’daqqa f’post wieħed għall-ewwel darba mindu fetaħ il-mużew.
F’kummenti minn Adriana Alescio, konservatriċi u Uffiċjal Kuratriċi fl-istess Kon-Katidral, ġie spjegat kif, mill-bidu tal-proġett, kienu dejjem konxji li qegħdin jibnu mużew fil-qalba tal-Belt. Għaldaqstant, saru diversi studji u riċerki biex ikun jista’ jsir dan il-volum ta’ post b’armonija kompleta mall-kumplament tal-ambjent, b’mod speċjali mal-arkitettura tal-Kon-Katidral nnifsu.
Il-Perit Kyle Bonello spjega kif il-proġett inbeda b’mod uffiċjali fl-2018, iżda mill-ewwel kellhom jieqaf għal diversi raġunijiet fosthom minħabba l-kundizzjonijiet tal-art li sabu, fejn anke kellhom isiru madwar sena xogħlijiet ta’ moniteraġġ.
Hu qal li s-Sala tal-Arazzi tlestiet minn xogħlijiet strutturali, inkluż dawk li se jżommu l-arazzi mdendlin. Wara dan se tinbeda ukoll l-fażi l-aktar importanti, għax taffettwa wkoll l-estetika min-naħa tat-triq, dik tal-ħitan tal-faċċata.
Dan il-proġett, li ġie approvat ukoll mill-UNESCO, hu importanti ħafna hekk kif dan se jospita s-sett komplut tal-arazzi u se jkollu anke ambjent ikkontrollat, waqt li se jippriserva l-għadd ta’ artifatti ta’ importanza kbira li s’issa ma kinux qed jitgawdew kif inhu xieraq.
Segwi aktar dettalji f’dan il-filmat: