“Kienu koppja li vera jinħabbu u kienu jagħmlu kollox flimkien. Irtiraw flimkien Għawdex. Kien ilhom jgħixu hemm għaxar snin u ppjanaw li jqattgħu sal-aħħar jum flimkien Għawdex. Se jkunu qed jindifnu fil-gżejjer Maltin”
Dan kien parti mill-messaġġ li ntqal minn membru tal-familja biex titfakkar il-memorja tal-koppja Ingliża, Bryan u Janet Ottey, li tilfu ħajjithom fuq il-gżira Għawdxija fin-Nadur wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
Il-koppja, Janet li kellha 73 sena u Bryan Ottey li kellu 68 sena, marru jgħixu Għawdex minn Hinckley f’Leicestershire wara li rtiraw fuq din il-gżira madwar għaxar snin ilu. Hu mifhum li dak l-lejl li seħħ l-inċident ikrah, kienu għadhom kif qattgħu lejl mal-ħbieb flimkien mal-kelb tant maħbub tagħhom, Saki.
Kien propju tul dawk l-għaxar minuti ta’ sewqan li sfortunatament kellhom impatt ma’ vettura oħra misjuqa minn ġuvni ta’ 25 sena, fejn ftit tal-ħin wara ġew iċċertifikati mejta. Il-ġuvni li kien qed isuq il-vettura l-oħra qed isofri minn ġrieħi gravi.
Kienet il-kuġina ta’ Janet li tgħix f’Yorks li ħalliet messaġġ bħala tifkira tal-memorja ta’ dawn iż-żewġ maħbubin fejn qalet li “kienu ferħanin ħafna li rtiraw Għawdex.” Hi kompliet billi qalet li “mhux se jkunu minsijin mill-ħbieb tagħhom u l-funeral tagħhom se jkun qed isir fuq l-istess ġżira – m’hemm l-ebda ħsieb li dan isir differenti.”
Kompliet billi qalet li “Saki l-kelb tagħhom kien importanti ħafna għalihom u żgur mhux forsi li jkunu ferm kuntenti jekk isiru jafu li għadu ħaj, kien ifisser kollox għalihom.”