Qatt taqta’ qalbek, ikollok kemm ikollok żmien, ibqa tgħallem, dejjem tbissem, u kun pożittiv.
Kliem Doris Cannataci anzjana ta’ 88 sena mimliha b’ereġija żagħżugħa, li ta’ din l-eta’, ddeċidiet li tikteb ktieb awtobijografiku dwar l-esprejenza pożittiva ta’ ħajjitha.
Ma’ ONE News l-anzjana qaltilna li kien il-mewt ta’ żewġha u l-ħafna ħin li tqatta’ waħedha li ġiegħluha tikteb dan il-ktieb bl-Ingliż bl-isem “I Remeber”.
Doris spjegat: “Il-ktieb ktibtu meta kelli 82 sena u x’ġgħalni biex nikteb dan il-ktieb, dan il-ktieb ktibtu l-għaliex wara li tlift lir-raġel u ssotomettejt it-teżi li kont qed nikteb u bdejt ngħid x’ser nagħmel kif ħa nagħddi ż-żmien, filli kont imħabbta ħafna u kemm ilni ngħidlek ġejt b’ħafna ħin fuq idejja. U bdejt iniżżel ħsibijiet pożittivi tal-ħajja tiegħi kif għaddejt.”
Doris qaltilna li s-sigriet biex taffaċċja kull sfida li ġġib magħha din id-dinja hija l-pożittività: “Meta tgħix pożittiva fil-ħajja tgħinek ħafna u din jien nista’ niggarantija għaliex wara li bdejt iniżżel dawn il-ħsibijiet bdejt nara min xiex għaddejt jimma il-ħajja dejjem hija sfida u aħna rridu nkunu hemm lesti biex nilqgħu dawn l-isfidi fil-ħajja.”
Għall-anzjani kollha Doris kellha messaġġ wieħed. Hija appellat: “Bniedem m’għandu jaqta’ qalbu qatt speċjalment fejn jidħol it-tagħlim. Il-motto tiegħu huwa qatt m’hu tard illi inti titgħallem u fejn hemm ir-rieda ssib it-triq u nawgura lill-anzjani bħali biex fil-ħin tagħhom jużaw kemm jista’ jkun.”
Fit-tnedija ta’ dan il-ktieb, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Silvio Parnis saħaq kemm huwa importanti li l-anzjani Maltin u Għawdxin jibqgħu pożittivi u jkunu attivi fis-soċjetà.
L-Onor. Parnis sostna: “Aħna rridu li l-anzjani tagħna meta jsiru pensjonanti ma jfissirx jingħalqu d-dar, kull anzjan għandha ktieb, sotrja fil-ħajja tagħha, Doris rnexxielha tikteb l-esprejenza tagħha u ngħid kemm hemm bżonn li jkollna anzjani attivi fil-komunità.”