Nazzareno Mifsud ta’ sebgħa u ħamsin sena miet fil-ħabs wara li prova jagħmel suwiċidju.
Fi stqarrija ntqal li l-priġunier għal ħabta tal-ħamsa ta’ filgħaxija prova jagħmel suwiċidju fiċ-ċella tiegħu
Uffiċjal korrettiv intebaħ b’dak li ġara u pprova jtih l-ewwel għajnuna. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat mejjet għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija.
Nazzareno Mifsud kien se jiġi estradit lejn l-Istati Uniti wara li bejn 1986 u 1987 ikkorompa żewġt subien wieħed ta’ ħmistax u l-ieħor ta’ tnax-il sena fid-dar tiegħu fl-Istat Uniti.
It-tifel ta’ tnax-il sena fix-xhieda tiegħu fil-qorti xehed li Mifsud sawtu wara li ma rnexxielux jistuprah. It-tifel l-ieħor ta’ ħmistax-il sena kien adottat.
Nazzareno ħarab mill-istat uniti qabel ma beda l-ġuri fuq dan il-każ. Fl-elfejn u ħmistax investigaturi fl-istat uniti ikkonfermaw li Nazzareno Mifsud kien qed jgħix Malta wara li sabu l-profil tiegħu fuq facebook.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali.