Il-bidu tas-sena 2017 kompliet fejn ħallietna ta’ qabilha, jiġifieri b’aktar inċidenti traġiċi li ħasdu l-ħajja ta’ żgħażagħ li kienu jbiegħu s-saħħa.
Matthew Azzopardi huwa l-ewwel vittma ta’ din is-sena u tilef ħajtu wara li kien involut f’ħabta b’mutur.
Dwar Matthew, ONE News tkellem ma’ Anton Farrugia, persuna qrib sew tal-vittma, tant li għal Anton, Matthew kien qisu ħuħ.