L-esperjenza tal-kaptan tat-tim Kroat f’EURO2016, Darijo Srna, se tkun waħda li mhu se jinsa qatt.
Il-Ħadd li għadda, il-Kroati – b’Srna fil-grawnd – bdew EURO2016 b’rebħa importanti kontra t-Turkija. Rebħa li għal Srna kellha togħma morra, hekk kif kien mgħarraf li missieru miet. Minnufih mar għall-funeral, imma ma kellux wisq ċans jibki t-telfa, hekk kif illum reġa’ jinsab fi Franza għall-logħba kontra l-Kroazja.
Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni tiegħu, Srna tenna li dan huwa mument diffiċli għalih u familtu, imma kienet xewqa kbira ta’ missieru li jara lil ibnu jirbaħ fit-tim Kroat. Srna mhuwiex l-uniku wieħed fit-tim tiegħu b’esperjenza morra f’dan il-perjodu.
Il-kowċ tal-goalers ukoll sofra t-telfa ta’ missieru, u r-raġel ta’ ħaddiema mill-uffiċju tal-accounts tagħtu puplesija. F’dan id-dawl il-kowċ tat-tim Kroat qed isejjaħ lit-tim kollu biex id-dwejjaq idawruh f’motivazzjoni.
Insegwu u naraw x’jagħmlu llum fil-logħba kontra r-Repubblika Ċeka fis-6pm.