Fl-età ta’ sitta u tmenin sena, miet Jacques Chirac, l-eks President Franċiż li wara li ma baqax fit-tmun tal-pajjiż, affaċċja bosta skandli ta’ korruzzjoni.
Chirac serva żewġ termini bħala President ta’ Franza, fiż-żmien meta Franza qalbet għall-munita ewro.
Waħda mir-riformi politiċi maġġuri li wettaq kienet dik li naqqas it-terminu Presidenzjali minn seba’ snin għal ħames snin.
Huwa serva bħala Kap ta’ Stat mill-elf disa’ mija ħamsa u disgħin sal-elfejn u sebgħa, u minn dakinhar ’l hawn, saħħtu marret lura.
Fl-elfejn u ħamsa tatu puplesija, u disa’ snin wara martu Bernardette qalet li mhux se jibqa’ jitkellem fil-pubbliku.
Huwa kien it-tieni l-aktar President li serva fi Franza wara l-Gwerra.