Il-vjolinist rinomat fl-Iżreal Ivry Gitlis miet f’Pariġi fl-età ta’ 98 sena.
Gitli li beda jdoqq il-vjolin ta’ 6 snin kien meqjus bħala mużiċist u figura karismatika mimli passjoni biex jesperimenta fil-mużika. Huwa kien meqjus ukoll bħala wieħed mill-aqwa mużiċisti tal-mużika klassika.
Matul il-karriera tiegħu huwa paxxa bil-mużika tiegħu f’uħud mill-aqwa avvenimenti u l-aqwa orkestri tad-dinja kif ukoll diversi stilel tal-mużika rock u jazz.
Fl-1955 huwa kien l-ewwel l-ewwel mużiċista Iżraelita li daqq taħt l-Unjoni Sovjetika. Gitlis kien voċiferu wkoll dwar il-paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina.