Il-kantant Gerry Marsden, li huwa magħruf għad-diska “You’ll Never Walk Alone” li hija l-innu tal-Liverpool, miet fl-età ta’ 78 sena.
Il-familja tiegħu kienet li ħabbret din l-aħbar kawża ta’ marda li kellu.
Il-grupp tiegħu kien wieħed mill-akbar stejjer ta’ suċċess tal-era u fl-1963 kien l-ewwel grupp li kellhom l-ewwel tliet kanzunetti tagħhom fic-charts.
Marsden ingħata t-titlu ta’ MBE fl-2003 għal servizzi ta’ karità wara li ta appoġġ lill-vittmi tad-diżastru ta’ Hillsborough.