Il-kantant sinonimu mal-mużika soul, Bill Withers miet wara li kellu kumplikazzjonijiet f’qalbu, fl-età ta’ 81 sena.
Withers kien famuż għad-diski klassiċi tiegħu ‘Lean On Me’ u ‘Ain’t No Sunshine’. Fejn tal-aħħar hija mniżżla bħala waħda mill-aqwa 500 kanzunetta ta’ kull żmien fir-Rolling Stone’s list.
L-aħbar tal-mewt tiegħu ġiet fl-isfond tal-pandemija tal-Coronavirus fejn diversi persuni speċjalment ħaddiema tas-saħħa sabu faraġ fil-kanzunetta tiegħu ‘Lean On Me’. Fejn liema diska tittratta dwar l-importanza tal-għaqda u l-ħbiberija.