Kienu bosta li jaħdmu fis-settur tal-midja li kitbu kliem ta’ tifħir fuq il-midja soċjali għall-fotografu Lino Arrigo Azzopardi hekk kif dalgħodu ħalla din id-dinja.
Lino Arrigo Azzopardi ġie deskritt bħala xempju tal-professjonalità fil-qasam tal-ġurnaliżmu fotografiku. Fi kliem l-Istitut tal-ġurnalisti l-fotografija għal Lino kienet professjoni li ħabb, għożż u mexxa ‘l quddiem, tant li kien u jibqa’ ispirazzjoni għal dawk kollha li jaħdmu fil-professjoni ġurnalistika.
“Kull min kien jaf jew ħadem ma’ Lino Arrigo Azzopardi, żgur li se jġorr memorja sabiħa minħabba li minn fommu dejjem tlissen kliem ta’ inkorraġġiment, fejn it-tbissima qatt ma kienet tonqos, anki meta għadda minn mumenti diffiċli tul il-karriera professjonali tiegħu.”
Wieħed minn dawn il-mumenti diffiċli kien propju l-inċident li fih Lino kien l-unika Malti li weġġa’. Trakk li kien għaddej minn Duprista li kien qed isuq fid-direzzjoni opposta tilef il-kontroll fil-Bulgaria u ħabat mal-karozza uffiċjali tal-mibki Guido De Marco, li dak iż-żmien kien President, inċident li ħalla persuna mejta u għaxra mweġġa’, b’seba’ minnhom serjament. Il-fotografu uffiċjali kien Lino u kien weġġa’ serjament f’dan l-inċident fil-Bulgarija, bit-tobba jgħidulu li kellhu biss 25% ċans li jgħix.
Il-funeral tiegħu se jkun qed isir il-Ħamis 29 ta’ Diċembru fit-8.30am fil-Knisja ta’ Santa Luċija.