Fidel Castro, li mexxa l-Kuba għal ħames deċenji, miet fl-età ta’ disgħin sena qed tirrapporta l-midja tal-istat f’Kuba. Kien ħuh Raul Castro, li jmexxi l-pajjiż illum, li ħabbar il-mewt ta’ ħuh mingħajr ma ta wisq iktar dettalji.
Fidel Castro, ammirat minn bosta madwar id-dinja u rivoluzzjonarju, waqaf imexxi l-pajjiż fis-sena 2008. Tul it-tmexxija dawk li ma kienux jappoġjawh kienu jikkritikawh l-iktar għal mod kif kien joħnoq l-oppożizzjon, filwaqt li dawk li emmnu fl-ideal tiegħu jsostnu li ta Kuba lura lin-nies.