Illum għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu seħħ inċident tat-traffiku fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.
Raġel mill-Gambia li għandu 29 sena, residenti Ħal Far, safa’ milqut minn vettura tat-tip Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 23 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 29 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.