Il-kelma tiġri ġmielha u daret mal-erbat irwieħ tad-dinja hekk kif ġiet ippubblikata l-konklużjoni tal-inkjesta fuq il-kumpanija Egrant li qed tiġi meqjusa bħala l-akbar gidba fl-istorja politika.
L-eżitu ta’ din l-istorja ġiet irrapurtata minn midja internazzjonali fosthom Reuters u Politico.
Is-siti tal-aħbarijiet barranin Reuters, Repubblica.it u Politico kollha saħqu li m’hemm l-ebda konnessjoni bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat u l-allegazzjoni li mart Muscat għandha kumpanija off-shore bl-isem ta’ Egrant.
Apparti dan, irrapurtaw li mill-inkjesta ħareġ li xi dokumenti kienu ffalsifikati.
Partikolarment, is-sit internazzjonali Politico emfasizzat fuq il-fatt li l-konklużjoni tal-inkjesta tisħaq li t-testimonjanzi ta’ Daphne Caruana Galizia u Maria Efimova ma jaqblu bl-ebda mod.