Il-MOD70 Mana (ITA) ta’ Riccardo Pavoncelli qasmet il-linja finali tar-Rolex Middle Sea Race tal-2022 ftit wara nofs-il lejl, eżattament fit-00:32:38 CEST nhar it-Tlieta 25 ta’ Ottubru. B’hekk ħadet il-Multihull Line Honors f’ħin ta’ 61 siegħa 32 minuta 38 sekonda, wara taqtiegħa ħarxa ma’ żewġ jottijiet oħra.
L-ekwipaġġ hu kompost minn Riccardo Pavoncelli, Alexia Barrier, Paul Larsen, Jeff Mearing, Tom Dawson, Jonny Malbon, Kai Weeks, Evan Walker.
Mana spiċċat it-tellieqa f’inqas minn minuta qabel Zoulou (FRA), misjuqa minn Erik Maris, wara jumejn u nofs u 606 mil nawtiku. Maserati Multi 70 (ITA) ta’ Giovanni Soldini spiċċat it-tielet, għaxar minuti wara Zoulou.