It-Tlieta filgħodu, l-jott olandiż ta’ 30.48 metru/100 pied, Leopard 3 (NED), misjuq minn Chris Sherlock, qasmet il-linja finali tal-43 edizzjoni tar- Rolex Middle Sea Race fl-10:54:29 CEST biex tieħu Monohull Line Honours f’ħin ta’ 70 siegħa 34 minuta 8 sekondi.
Din hija t-tielet darba li Leopard 3 ipparteċipat fir-Rolex Middle Sea Race u t-tieni darba li kienet l-ewwel monohull i spiċċaat it-tellieqa u rebħet l-RLR Trophy. L-okkażjoni preċedenti kienet fl-2009. Il-ħin elapsed ta’Leopard huwa xi 30 siegħa barra r-rekord tat-tellieqa tal-monohull li hu ta’ 40 siegħa 17-il minuta 50 sekonda, stabbilit fl-2021 minn Comanche.
Ekwipaġġ: Chris Sherlock, Matt Lester, Curtis Blewett, Tom McWilliam, Will Best, Stefano Nava, Gian Ahluwalia, Guy Filabozzi, Michael Pammenter, Laura de Vere, Samuel Wright, Murray Goodsell, Richard Bouzaid, Joost Schultz, Tim Marsh, Dennis Frederikson, Giles de Jager, Ian Budgen, Steve Booth, Guilermo Altadill, Ronald Bunders, Mitch Booth, Gerald Mitchell